Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija Martin Balzan jinsab diżappuntat li l-membru parlamentari tal-Partit Laburista Glenn Bedingfield ipprova jqarraq meta tella’ ritratt ta’ Martin Balzan mat-tobba tad-Dipartiment tal-Emerġenza.
Dan minkejja li t-tobba tal-emerġenza ma ħarġux bi strajk bħall-kumplament tat-tobba madwar pajjiżna iżda komplew iservu lill-pazjenti b’mod professjonali.
Martin Balzan qal li dan kien kumment li urtah ħafna għaliex minkejja li l-union għandha kull dritt li tistrajkja, rat li l-pazjenti ma jsofrux.
Hu appella lill-Ministru Chris Fearne biex jikkundanna dan l-aġir ta’ Glenn Bedingfield.
Fl-istess waqt il-MAM tinsab sodisfatta li l-azzjonijiet industrijali li ħabbret kważi ġew segwiti mit-tobba kollha f’pajjiżna u l-azzjonijiet industrijali kienu suċċess.
Waqt Net Live, Martin Balzan iddikjara li l-MAM tagħmel azzjonijiet industrijali biss meta ma jkunx fadlilha għażla oħra.
L-Erbgħa l-MAM u l-Gvern mistennija jiltaqgħu mill-ġdid bl-iskop li tiġi riżolta din il-kwistjoni, b’Martin Balzan jgħid li l-Assoċjazzjoni tixtieq li t-tmexxija tal-isptarijiet tibqa’ f’idejn il-gvern biex ikun żgurat li saħħet il-pazjent tiġi l-ewwel.
//= $special ?>

