Elaine Rapinett ta’ 33 sena weħlet tliet snin ħabs wara li nqabdet tisraq minn numru ta’ stabbilimenti f’sitt lokalitajiet differenti fi ħdax-il ġurnata.
Rapinett ammettiet l-akkużi kontriha bil-Qorti tirrakkomanda lid-Direttur tal-Ħabs biex itiha l-għajnuna neċessarja kollha biex tiġġieled il-problema tad-droga.
F’każ minnhom, il-mara li għandha 33 sena tidher iddaħħal bott bil-flus tal-karità fil-qalziet, waqt li kienet qed tħallas f’ristorant. Jidher ukoll li kien hemm mill-inqas każ ieħor fejn l-istess persuna serqet flus tal-karità.
Fit-tieni filmat, hi tidher tipprova tqarraq b’impjegata ta’ ħanut meta marret biex tħallas bi credit card misruqa. Jirriżulta li għalkemm din il-credit card ma ħadmitx, hi rnexxielha tisraq b’valur ta’ €200 fi fwieħa.
Huma kienu ġew arrestati wara li wettqu serqa fi stabbiliment fiż-Żejtun u provaw jisirqu minn fergħa oħra tal-istess stabbiliment Birkirkara madanakollu għal xi raġuni l-attentat falla.
Filmat li ġie ppublikat fuq il-midja soċjali tal-istess stabbiliment wera liż-żewġ suspettati jisirqu diversi oġġetti ta’ valur fosthom; drone, speakers, kif ukoll saħansitra television.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-salespersons li kien hemm fuq il-post waqt li kienu għaddejjin is-serqiet ġew ingannati u aljenati mill-ħallelin fiż-żewġ okkażżjonijiet.
Il-mara hi wiċċ familjari sew mal-Pulizija hekk kif qattgħet snin il-ħabs, sas-sena li għaddiet stess, waqt li f’diversi każi oħra bbenefikat minn libertà proviżorja, probation, sentenzi sospiżi u multi.
Fost lista twila ta’ akkużi li nstabet ħatja għalihom hemm serq, serq aggravat, pussess ta’ affarijiet misruqa, feriment ta’ persuna, frodi, ksur tal-libertà proviżorja, pussess ta’ eroina, kokaina, kannabis kif ukoll traffikar tal-eroina.
//= $special ?>

