L-eksmanager ta’ Everton Ronald Koeman inħatar bħala kowċ nazzjonali tal-Olanda. Hu kien ilu sa minn Ottubru li għadda mingħajr impjieg wara li tkeċċa minn ma’ Everton.
Koeman iffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs mal-FA Olandiża u se jkollu biċċa xogħol iebsa biex jgħin lit-tim nazzjonali jirkupra mill-kriżi li jinsab fiha.
Fl-2016 l-Olanda naqqsu milli jikkwalifikaw għall-Kampjonat Ewropew u ftit xhur ilu naqqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja li se ssir din is-sena.
Ta’ min jinnota li waqt it-Tazza tad-Dinja tal-1998 Koeman diġa’ ħadem fi ħdan it-tim nazzjonali meta dakinhar kien assistent tal-kowċ nazzjonali Guus Hiddink.
//= $special ?>