Lokali

Il-Bank Pilatus ried $40 miljun f’danni dwar ir-rapporti ta’ skandli f’media lokali

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna li l-kumpanija legali Ingliża Schillings, li kienet użata mill-Ministru Konrad Mizzi fil-perjodu tal-Panama Papers, u l-Lawrence Law Group kitbu ittra lil diversi djar tal-pubblikazzjonijiet Maltin f’isem il-Bank Pilatus fejn kien indikat li d-danni miltuba mill-Bank Pilatus kienu jistgħu jitilgħu għal $40 miljun. Il-kumpaniji leglai wissew ukoll li l-litigazzjoni dwar dawn il-kawżi kienet diġà bdiet.

Fl-Aġġornament Jason Azzopardi tkellem dwar it-taqtigħa bejn il-Washington Post u n-New York Times kontra l-President Nioxn fl-Amerika u l-iżvelar tad-dokumenti Pentgaon Papers u poġġihom fil-kuntest tal-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fil-31 ta’ Mejju 2017 Daphne Caruana Galizia ippubblikat email li għaddiet bejn Henly & Partners, Keith Schmebri, il-Prim Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja u ID Malta li minnha rriżulta li huma kienu qed jikkonfoffaw biex jinfetħu kawżi legali kontrih u kontra Daphne Caruana Galizia. Din kienet l-ewwel darba li fil-pajjiż deheru kawżi bħal din; liema kawża legali warajhom hemm l-id tal-gvern, sostna Jason Azzopardi.

F’Ġunju 2017 Daphne Caruana Galizia żvelat ir-rabta bjen il-Kap Eżekuttiv ta’ Henley & Partners, il-mara tiegħu u s-sid tal-Bank Pilatus. Fil-21 ta’ Diċembru li għadda s-sit shiftewns.com kellhom il-kuraġġ ma jċedux għal kawża ta’ libell fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti tal-Amerika li saret min Henley & Partners. Shiftnews.com wieġbu li l-artiklu li ppubblikaw mhux se jkun irtirat; Henley & Partners riedu jiċċensuraw lil shiftnew.com. Dan hu simli għal dak li seħħ fil-White House fl-1971 meta l-kawża kienet intrebħet mill-gazzetti, sostna d-deputat Nazzjonalista.

Jason Azzopardi kompla li fit-8 ta’ Mejju 2017 il-Bank Pilatus fetaħ kawża kontra Daphne Caruana Galizia permezz ta’ kumpanija ta’ avukati barranin fejn talbu li Daphne Caruana Galizia tidher quddiem ġurija u tkun kundanna għal tliet tipi ta’ danni li jitilgħu għal miljuni ta’ dollari. Dan wara li Daphne Caruana Galizia allegat li mill-Bank Pilatus għaddiet somma kbira ta’ flus lill-mara tal-Prim Ministru permezz ta’ kumpanija bażata f’Dubaj bl-approvazzjoni tal-mara tal-President tal-Ażerbajġan.

Fis-16 ta’ Ottubru 2017 inqatlet Daphne Caruana Galizia iżda kumpanija barranija kitbet lil sezzjoni tal-media lokali f’isem il-Bank Pilatus theddidhom b’passi fl-Ingilterra. Din l-istess kumpanija legali hi dik li l-Ministru Konrad Mizzi uża f’April 2016 biex bagħat ittra lil ICIJ meta kienu qed jistaqsu domandi dwar il-Panama Papers.

Fis-16 ta’ Ottubru 2017 kumpanija tal-avukati internazzjonali kitbet lill-media lokali f’isem Pilatus li l-bank jistma li l-ħsarat li sofra mill-attakki jistgħu jitilgħu sa 40 miljun dollaru u li l-Bank Pilatus u s-CEO ta’ Pilatus, ħabib ta’ Keith Schembri diġà kienu qed ifittxu biex jittieħdu passi.

Jason Azzopardi kompla li fl-2010 l-Kungress Amerikan għadda liġi li tipprojbixxi li qorti Amerikana tirrinkoxxi kull sentenza ta’ libell minn qorti barranija.

Hu qal li l-Prim Ministru ilu jaħrab il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u juża l-email privat tiegħu f’dawn is-sitwazzjoni waqt li Keith Schmebri jibgħat messaġġ lil waħda mill-media houses li se jpattihielhom wara l-elezzjoni. Fil-fatt wara l-elezzjoni din il-media house irċeviet ittra fejn kienu mhedda b’kawża ta’ libell ta’ 40 dollaru. Hu staqsa jekk Pilatus, Henley & Partners u Kastilja humiex is-swaba ta’ din l-id li għadha moħbija.