Lokali Parlament

Il-barranin residenti f’Malta jridu jirrispettaw il-liġijiet u l-kultura lokali

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna li l-barranin residenti f’Malta jriud jirrispettaw il-liġijiet u l-kultura lokali.

Fl-Aġġornament Ivan Bartolo semma Buġibba u qal li hemm problemi b’Serbi u Bulgari li jinġabru fi Triq il-Pijunieri. Dawn huma problemi li qed jinqalgħu għar-residenti. Jeħtieġ li l-użanzi Maltin ikunu segwiti mill-barranin. Hemm ukoll preżenza ta’ pulizija li jagħmlu r-rondi li jaqdu d-doveri tagħhom skont ir-riżorsi li għandhom.

Problemi oħra jinsabu f’Pacveille u fi ħwienet f’irħula u lokalitajiet oħra fejn ikun hemm sitwazzjonijiet ta’ familji u ta’ kull tip. Il-mużika li tindaqq f’dawn il-postijiet hi waħda eċċessiva li tikkaġuna diffikultajiet għar-residenti. Ir-residenti qed jiffakkaw problemi kbar b’din s-sitwazzjoni anki dwar skart li jitħalla. Qed tinħoloq konġestjoni sħiħa u għalhekk għandu jkun hemm pjan ta’ kontinġenza dwar il-mużika, is-sigurtà, kampanja ta’ edukazzjoni.

Hu semma wkoll il-problemi tal-Marsa fejn hemm perikli sħaħ kontinwament fosthom kampijiet fuq il-bjut li fihom jgħixu n-nies. Hemm nuqqas ta’ sigurtà serja fil-Marsa anki jekk issa l-Għassa tal-Pulizija qed tinfetaħ wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar fiha u ma fetaħlu ħadd.

In-nies tal-Marsa jistħoqqilhom aħjar fejn il-lokal spiċċa f’ambjent ta’ biża’. Kulħadd qed jinqafel fid-djar u jsakkar sew għax barra hemm sitwazzjoni diffiċli. Il-ġenituri huma inwketati minħabba din is-sitwazzjoni minħabba li l-ġenituri jibżgħu jieħdu lil uliedhom il-mużew. Problemi oħra huma ta’ irġiel barranin reqdin kullimkien u anki jagħtu fastidju lin-nisa. Hu saħaq li mhux razzista iżsa l-kultura tal-pajjiż għandha tkun rispettata minn dawn il-barranin.