Il-Ministru tal-Finanzi jgħid biss li fl-aħħar tas-sena jkun hemm rapport dwar kif ingħataw id-direct orders
Il-Gvern llejla reġa’ evita li jwieġeb mistoqsijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar żewġ direct orders f’total ta’ €4 miljuni li ngħataw minn Sports Malta għal xogħlijiet fix-shooting range iżda ħarab milli jwieġeb ukoll dwar nefqa ta’ €50 miljun lil kumpanija li ħadd ma jaf ta’ min hi.
Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li f’mistoqsija supplimentari fil-parlament llejla rrifera għall-mistoqsijiet tal-bieraħ dwar dawn id-direct orders u staqsih lkill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna x’kienu r-raġunijiet li dawn id-direct orders ingħataw.
Hu staqsa wkoll jekk il-proċeduri hux fil-fatt qed ikunu segwiti għaliex jirriżulta li minn €7 miljuni ngħataw €6.2 ngħataw f’direct orders. Il-Ministru tal-Finanzi għandu jispeċifika għaliex il-proċeduri tan-negozjati jispeċifikaw li jrid ikun hemm raġunijiet fissi għal din il-proċedura; li għandha tkun trasparenti biex inkunu nafu min ħa x-xogħol. Adrian Delia staqsa jekk kinux segwiti l-proċeduri.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li jirriżulta li sa dan ix-xahar tħallsu €50 miljun lil kumpanija li ma nafux min hi. Hu staqsa jekk il-Ministru tal-Finanzi jafx bid-dettalji dwar dan il-każ. Il-Gvern għandu jispeċifika wkoll ta’ min hi l-VGH.
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco intervjena u qal li l-Ministru tal-Finanzi għandu jwieġeb il-mistqoisjiet fl-artiklu tiegħu f’The Times meta hu suppost il-kustodju tat-taxxa tal-Maltin. Hu appella lill-Ministru biex jgħid min huma l-benefiċċjarji minn dawn il-flejjes.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna wieġeb li l-Ministeru tal-Finanzi għandu bord awtonominu li għandu regoli finanzjarji li jimxi miegħu f’dawn il-każi. Meta l-ammont ikun maqbuż, il-bord irid imur għand il-Kuntratti u mhux kompitu tal-Ministru tal-Finanzi li jidħol f’dawn il-każi. Fl-aħħar tas-sena jkun hemm rapport dwar kull deċiżjoni meħuda minn dan il-bord.
Il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li jinsab sodisfatt iżda ma jiħux pjaċir bid-direct orders. Meta wieħed jidħol f’kull każ jirriżulta li d-direct orders huma ġustifikati. Edward Scicluna wieġeb ukoll dwar il-€50 miljun u qal li l-Ministeru tal-Finanzi ġabar żewġ files dwar il-VGH. Hemm ħames kumitati fil-Ministeru tas-Saħħa li qed jimmoneterja dan il-proġett.
//= $special ?>