Il-grupp Amnesty International appella lill-Mexxejja tal-Libja u l-Ewropa biex jieħdu azzjoni urġenti ħalli jipproteġu lill-immigranti u r-refuġjati mill-abbuż ‘terribbli’ tad-drittijiet umani tagħhom fl-artijiet Libjani.
L-Amnesty, permezz ta’ dan l-appell, żvela li hemm aktar minn 5,000 immigrant u refuġjati iżolati fil-Libja fejn spiċċaw ‘vulnerabbli’ għall-azzjonijiet ta’ milizzji u gruppi oħra ta’ armati. B’riżultat ta’ dan l-immigranti qegħdin ibatu bil-kbir, meta d-drittijiet umani tagħhom mhumiex qed ikunu rispettati.
L-appell isejjaħ ‘għall-ħelsien tal-immigranti u r-refuġjati miċ-ċentri tad-detenzjoni’ u biex dawn in-nies ‘ma jisfawx aktar mira tal-proċessi arbitrarji tad-detenzjoni fil-Libja’.
L-Amnesty insista wkoll biex ‘l-allegazzjonijiet kollha ta’ tortura u maltrattament ta’ immigranti u refuġjati (fil-Libja) ikunu investigati’ u biex kulmin hu suspettat dwar dawn l-atti jispiċċa proċessat b’mod imparzjali u trasparenti, ‘bil-għan li ma jkomplix dan iċ-ċiklu vizzjuż tal-abbużi’.
//= $special ?>

