– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-liġi dwar l-użu tal-kannabis bħala mediċina hi vaga wisq u għandu jkun hemm gwida għal liema kundizzjonijiet din se tintuża anki għaliex għad m’hemmx ir-riċerka neċessarja.
Fil-parlament Mario Galea qal li hu kontra l-leġiżlazzjoni tal-kannabis għar-rikreazzjoni għax din isservi bħala bidu għall-eroina u l-kokaina. Dan hu konfermat minn studju professjonali kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
Mario Galea appella lill-politiċi biex jispjegaw ċar dwar dan is-settur u li dak li qed isiru hu biss li jittieħed astratt mill-kannabis. Hu spjega kif din il-mediċina tista’ tintuża għal kura diversa fosthom il-kanċer fejn hemm interpretazzjonijiet differenti.
L-użu tal-kannabis għandu jkun kura kontrollata, sostna Mario Galea, li appella biex ikun hemm anki informazzjoni dwar l-effetti l-oħra tal-użu tal-mediċina kannabis. Għalhekk għandu jkun hemm laqgħat għall-professjonisti minħabba li l-informazzjoni dwar din il-mediċina hi limitata. Kien f’April 2015 li l-użu tal-kannabis bħala mediċina kienet approvata fi 23 stat Amerikan.
Il-Prim Ministru kien arroganti meta qal li hawn kumpaniji barranin li lesti jinvestu f’Malta meta l-parlament għadu m’approvax il-liġi.
Mario Galea staqsa fejn se titkabbar il-kannabis għaliex din l-aħjar li titkabbar hu barra u trid spazju kbar wat li jkunu osservati l-kundizzjonijiet tal-liġi u l-protezzjoni lis-soċjetà. Għandu jkun hemm garanziji dwar dan u ma jkunx hemm rabtiet ma kuntrattur jew operatur wieħed.
//= $special ?>