Lokali

Il-MAM tiddikjara l-istrajk tat-tobba bħala suċċess

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija iddikjarat l-istrajk tat-tobba li ordnat għal-lum bħala suċċess hekk kif kważi l-membri kollha obdew id-direttivi mogħtija lilhom.

F’kummenti lill-midja Martin Balzan qal li kienu biss xi żewġ tobba jew tlieta li ma obdewx id-direttivi. It-tobba kienu ordnati jobdu l-istrika għall-ġurnata fid-dipartimenti tal-Out Patients u numru ta’ ċentri tas-saħħa.

L-uniċi kliniċi li baqgħu jaħdmu fid-dipartiment tal-Outpatients huma tal-Onkoloġija u l-maternità.

Anke fil-bereġ l-istrajk kien suċċess.

Il-MAM sejħet għal dawn l-azzjonijiet industrijali bħala sinjal ta’ protesta għal mod kif Karen Grech, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ġew trasferiti lil Steward Healthcare, xi ħaġa li tmur kontra l-ftehim kollettiv li għandha l-MAM.

Il-ftehim mal-Gvern jgħid li l-Union tat-Tobba għandha tkun notifikata sitt ġimgħat qabel ma jsir it-trasferimenti biex ikunu jistgħu isiru laqgħat.