Il-Qorti lagħqet it-talba għal mandat ta’ inibizzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalsita li permezz tiegħu ried li jaċċerta ruħu li r-rieda tal-poplu ta’ San Pawl Baħar tibqa’ tiġi rispettata.
Il-Partit Nazzjonalista ressaq dan il-mandat ta’ inibizzjoni bbażżat fuq dak li tistipula il-liġi tal-Kunsilli Lokali dwar x’għandu jsir f’każ li jkun hemm riżenja ta’ Sindku. Liema liġi tistipola li, il-post ta’ Sindku għandu jimtela’ minn dik il-persuna tal-istess partit li fl-aħħar elezzjoni tkun ġabet l-akbar ammont ta’ voti fl-ewwel għadd wara s-Sindku li jkun qed jispiċċa mill-kariga.
Il-mandat ta’ inibizzjoni kien ġie iffirmat mil-Avukati Carm Mifsud Bonnici u Errol Cutajar kien ppreżentat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>