Internazzjonali

Imut l-attur John Mahoney ta’ ‘Frasier’

L-attur John Mahoney, li sar famuż għall-karattru ta’ Martin Crane fis-sitcom Amerikan Frasier, miet f’Chicago, fl-Istati Uniti, fl-età ta’ 77 sena.

Mahoney, li twieled l-Ingilterra, kellu karriera distinta fit-teatru u kellu wkoll lista’ twila ta’ credits għal numru ta’ films.

Intant, hu hibqa’ mfakkar l-aktar għar-rwol tiegħu bħala l-missier tal-karattri ta’ Frasier u Niles Crane fil-kummiedja Frasier li kisbet suċċess enormi u li damet għaddejja ħdax il-staġun mill-1993 u l-2004.

Mahoney kien rebaħ premju SAG għal dan ir-rwol waqt li kien anki nominat għal żewġ Emmys u żewġ Golden Globes.

 

Caption B: John Mahoney