“Jien ma rridx li ċ-ċittadini Maltin ikunu mċaħħda mid-dritt li jkunu jafu li l-isptarijiet qed jinbiegħu, lil min il-Gvern qed ibiegħ il-passaporti, min qed jiftaħ kumpaniji sigrieti fil-Panama biex jaħsel il-flus u kif il-Gvern u l-bank huma involuti f’dan kollu! Dan hu għaliex ressaqt emenda li ssejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tilleġisla konta SLAPP, li mhi xejn għajr mod strateġiku kif issikket il-ġurnalisti. Iva, issikket lill-ġurnalisiti tfisser ukoll li qed iċċaħħad liċ-ċittadini mill-informazzjoni li tikkonċerna lilhom.” Il-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech kien qed jikkummenta wara li ressaq l-emendi fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali fil-Parlament Ewropew biex isejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex toħloq regoli u liġijiet kontra l-użu ta’ SLAPP.
L-emenda tgħid: “Is perturbed about the recourse by powerful commercial entities to SLAPP (Strategic Lawsuit Against Public Participation) practices in an attempt to silence journalists from carrying out their work or otherwise interfere with their content. Calls upon the European Commission to take note of this trend and to propose legislation that would curtail these abusive practices.”
L-inizzjattiva ta’ Zammit Dimech ġiet wara li l-Ewroparlamentari li żaru Malta s-sena l-oħra biex jirrappurtaw fuq l-istat tas-saltna tad-dritt f’Malta kif ukoll wara li l-MP Jason Azzopardi ressaq Private Members’ Bill għan-nom tal-Oppożizzjoni fil-Parlament Malti. L-istess emenda ta’ Zammit Dimech kisbet l-appoġġ tal-Membru Parlamentari Ewropew tal-partit tal-ħodor Julia Reda li ssekondat l-emenda anti-SLAPP.
//= $special ?>