Nagħtu s-sostenn tagħna lill-Assoċjazzjoni Medika Maltija, l-MAM u lit-tobba membri tagħha. Dan b’rabta mal-istrike li sar fl-aħħar sigħat mit-tobba. Sostna dan il-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mix-Shadow Minister għas-Saħħa Stephen Spiteri, Mario Galea kelliem għas-saħħa mentali u minn Hermann Farrugia, kandidat tal-Partit Nazzjonalista.
Huma staqsew għalfejn il-gvern ma jridx jerġa’ jinnegozja l-kuntratt li għamel mal-Vitals Global Healthcare , ma’ Steward Healthcare. Staqsew għalfejn il-gvern qed iħalli t-tobba fl-għama dan minbarra li l-gvern għad għandu ċ-ċans jinħall minn dan il-kuntratt hekk kif Vitals Global Healthcare ma onoratx il-kuntratt.
Fakkru anke li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ppreżentat anke protest ġudizzjarju fil-qorti biex il-ftehim mal-Vitals ikun investigat, iżda l-gvern baqa’ għaddej romblu minn fuq kulħadd u sal-aħħar sigħat għadda romblu anke minn fuq il-Union tat-tobba.
Minn naħa tiegħu l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Mentali, Mario Galea saħaq li bl-atitudni tal-gvern li għamel kuntratt li jħares l-interess tal-privat milli tal-poplu spiċċa jbati l-pazjent.
Waqt il-konferenza tal-ahbarijiet kellem wkoll l-kandidat Hermann Farrugia li sostna li Steward Healthcare huma magħrufa sew li jieħdu sptarijiet li jkunu waslu biex ifallu jew li tħallew ifallu biex jeħduhom huma u jdaħħluhom f’sistema ta’ private for profit. Jiġifieri jiprivatizzaw l-isptarijiet b’tali mod li jagħmlu profitti kbar minn fuqhom.
Fl-aħħar tal-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat kif fl-aħħar mill-aħħar ħadd m’hu jieħu pjaċir li l-MAM kellha ssejjaħ strike imma l-MAM għamlet dan wara li studjat sew is-sitwazzjoni li turi li l-kuntratt li sar mal-Vitals iħares lejn l-interess tal-investitur u mhux lejn il-pazjent.
//= $special ?>