Lokali

Rosianne Cutajar ma tridx tidħol fil-kwistjoni ta’ Jonathan Ferris

Waqt Net Live, id-deputat Laburista evitat kompletament li twieġeb dwar it-talba għal protezzjoni lil Ferris bħala whistleblower

Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar ma wieġbet xejn meta mistoqsija dwar l-istatus ta’ whistleblower li qed jitlob l-eks investigatur tal-FIAU Jonathan Ferris. Id-domanda saret waqt il-programm NET LIVE mill-President tal-Eżekuttiv tal-PN Mark Anthony Sammut.

Mistoqsija ukoll dwar l-Indiċi tad-Demokrazija maħruġ mir-rivista The Economist, Rosianne Cutajar qalet li din l-aħbar inkwetata. Fl-istess waqt xorta qalet li dan hu pajjiż demokratiku.