Lokali Mużika

“Is-semi finali tagħna mhux se tkun faċli” – Christabelle

Lejn tibdil fl-arranġament mużikali tal-kanzunetta 'Taboo'

It-tieni semi-finali li fiha se tipparteċipa Malta se tkun għadma iebsa.

Hekk sostniet Christabelle f’intervista ma’ Net Live fejn hi qalet li se tagħmel l-almu kollu tagħha biex tagħti l-aqwa interpretazzjoni.

F’din l-intervista ma’ Lisa Spiteri, Christabelle titkellem ukoll dwar it-tieġ tagħha u l-preparamenti li se tagħmel qabel il-festival f’diversi pajjiżi.