William Chetcuti rebaħ il-Grand Prix Internazzjonali tad-Double Trap ta’ Ċipru fejn fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni laqat serje ta’ 26,28,28,26,28 għal total ta’ 136 plattina minn 150 plattina. Fil-fażi finali laqat 77 plattina minn 80 plattina.
Andrea Vescovi tal-Italja spiċċa wara William Chetcuti b’133 minn 150 u 72 minn 80 filwaqt li Andreas Leow spiċċa t-tielet b’137 minn 150 u 52 minn 80.
Fl-ewwel sigħat tal-kompetizzjoni t-tiraturi kellhom problemi minħabba n-nuqqas ta’ visibilita’ sforz it-temp hażin li kien hemm Ċipru.
Ta’ min jinnota li fil-kompetizzjoni ħa sehem wkoll Gianluca Chetcuti li flimkien ma’ William Chetcuti kienu mmexxija mill-kowċ tal-Federazzjoni Maltija tal-isparar Jimmy Bugeja.
Aktar tard din il-gimgħa tiraturi Maltin ser ikunu qed jikkompetu fil-kompetizzjoni Trap fl-istess Grand Prix Internazzjonali ta’ Ċipru.
//= $special ?>