Internazzjonali

It-Tajwan: Terremot iwaqqa’ il-bini fi Hualien

Numru ta’ bini kkrollaw fil-belt Tajwaniża ta’ Hualien wara li z-zona ntlaqtet, ftit ilu, minn terremot li rreġistra 6.4 fuq l-Iskala Richter.

It-theżżiża kienet indikata xi 20 kilometru ‘il hinn mill-kosta tal-gżira tat-Tajwan, lejn il-Lvant, bl-ewwel ritratti li ntbagħtu fuq il-media soċjali juru ħsarat estensivi lit-toroq. Dan fost il-kroll parzjali ta’ numru ta’ bini ‘high rise’ .

L-aħħar rapporti qalu li s-servizzi għall-emerġenzi kienu qed jistinkaw biex isalvaw lin-nies li spiċċaw taħt ir-radam tal-bini. Ma laħqux daħlu ċifri dwar xi mejtin jew midruba.