Lokali

Tifel ta’ 10 snin bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Tal-Ballal

Ritratt mill-arkivji

Tfajjel ta’ 10 snin kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Il-każ seħħ fl-4 ta’ waranofsinhar fi Triq tal-Ballal fin-Naxxar meta seħħet ħabta bejn erba’ vetturi; Kia Sportage misjuq min raġel ta’ 33 sena residenti l-Għargħur, Fiat Punto misjuqa min raġel ta’ 23 sena residenti San Ġwann, Isuzu vann misjuq min raġel ta’ 44 sena residenti l-Għargħur u Toyota Fun Cargo misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti n-Naxxar. Abbord fl-aħħar vettura kien hemm ukoll bħala passiġġier, il-vittma ta’ 10 snin.

Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.  Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.