Lokali

Żewġt irġiel fuq mutur iweġġgħu gravi f’inċident f’Tal-Pietà

Żewġt irġiel weġġgħu wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq San Luqa, kienu nvoluti mutur tat-tip ‘scrambler’ biż-żewġt irġiel abbord u karozza tat-tip Volkswagen.

Jirriżulta li kawża tal-impatt, l-irġiel fuq il-mutur (ta’ 52 sena minn Ħal Balzan u ta’ 43 sena minn Tas-Sliema) kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ngħataw l-ewwel għajnuna fil-post.

Iż-żewġt irġiel kienu ċċertifikati li qed isofru minn feriti gravi, filwaqt li s-sewwieq tal-karozza, ta’ 48 sena miż-Żurrieq, ma sofra l-ebda feriti.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.