Sport Sport Ieħor

Floriana Ajax A żewġ punti taħt Kalkara St Joseph fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Ewwel Diviżjoni tad-Darts

Floriana Ajax MCP A spiċċaw 4-4 kontra Mosta Horseshoe Bar A

Kalkara St Joseph telgħu jokkupaw waħedhom l-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni, wara li l-konfront dirett bejn Mosta Horseshoe Bar A u Floriana Ajax MCP A spiċċa fi draw ta’ 4-4. Dan ir-riżultat iħalli lil Mosta fit-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu hekk kif riesaq fi tmiemu t-tieni rawnd.  Kalkara issa jinsabu jgawdu żewġ punti vantaġġ fuq it-tim tat-tieni post.

Riżultati

Mosta Horsehsoe Bar A v Floriana Ajax MCP A 4-4, Kalkara St Joseph v Gudja PO’s Bar A 7-1,  Senglea Manchester Conquest A v Żejtun Beland Bullseye 5-3,  Birżebbuġa Cox Sports Club A  Ħamrun Education Bar 5-3

Klassifika

Kalkara St Joseph 31 punt, Floriana Ajax MCP 29 punt, Mosta Horseshoe Bar A 26 punt, Gudja PO`s Bar A 22 punt, Birżebbuġa Cox Sports Club A 11-il punt, Senglea M. Conquest A 10 punti, Żejtun Beland Bullseye 7 punti, Ħamrun Education Bar A punt

It-Tieni Diviżjoni

Fit-Tieni Diviżjoni, Santa Venera Red Square komplew fejn ħallew u żammew l-ewwel post, b’rebħa ta’ 5-3 fuq Gudja POs Bar B. Isegwu lil Santa Venera hemm Floriana Ajax MCP B u Cospicua Rangers b’26 punt.

Riżultati

Cospicua Rangers v Buġibba Sun City A 5-3, Gudja PO’s Bar B v St. Venera Red Square vs 3-5, Ħamrun Education Bar B v Birżebbuġa Cox Sports Club B  6-2, Floriana Ajax MCP B v Mosta Horseshoe Bar B 5-3

Klassifika

St. Venera Red Square 31 punt, Floriana Ajax MCP B 26 punt, Cospicua Rangers 26 punt, Mosta Horseshoe Bar B 18-il punt, Gudja POs Bar B 13-il punt, Buġibba Sun City A 13-il punt, Ħamrun Education Bar B 5 punti, Birżebbuġa Cox Sports Club 0 punti

It-Tielet Diviżjoni

Fit-Tielet Diviżjoni, Siġġiewi St Nicholas BC komplew isaħħu l-ewwel post u kabbru d-distakk għal tmien punti fuq it-timijiet ta’ warajhom wara li fil-konfront dirett għelbu lil St Paul’s BC 6-2. B’din it-telfa, St Paul’s BC tilfu t-tieni post fil-klassifika li issa jinsab okkupat minn Floriana Ajax Munchies C. Sliema Tipico St Gregory BC ukoll jidħlu sew fil-ġlieda għal promozzjoni wara rebħa faċli ta’ 7-1 kontra Buġibba Sun City Ladies.

Riżultati

Mġarr The Hatch Sports Bar v Floriana Bocci Club 0-8, St. Paul’s BC v Siġġiewi St. Nicholas BC  2-6, St. Paul’s Diamonds v Floriana Ajax Munchies C 3-5, Mqabba St. Mary BC v Senglea Manchester Conquest B 2-6, Buġibba Sun City Ladies v Sliema Tipico St. Gregory BC 1-7, Żurrieq Football Club v Ħamrun Bayern Munich 1-7

Klassifika

Siġġiewi St. Nicholas BC 34 punt, Floriana Ajax Munchies C 26 punt, St. Paul’s Band Club 25 punt, Sliema Tipico St. Gregory BC 24 punt, Floriana Boċċi Club 21 punt, Senglea M. Conquest B 19-il punt, Ħamrun Bayern Munich 17-il punt, Mqabba St. Mary Band Club 15-il punt, St. Paul’s Diamonds 10 punti, Żurrieq Football Club 7 punti, Buġibba Sun City Ladies 7 punti, Mġarr The Hatch Sports Bar 0 punti

Kompetizzjoni 4-a-side

Rawnd Preliminari

Kalkara St. Joseph BC v Mosta Horseshoe Bar B 13-3 (agg. 24-8), Cospicua Rangers v Mosta Horseshoe Bar C 7-9 (agg. 13-19), Senglea Manchester Conquest v Sta. Venera Red Square 4-12 (agg. 21-11)

L-ewwel rawnd

Floriana Ajax MCP B v Kalkara St. Joseph BC, Gudja PO’s Bar B v Floriana Ajax MCP A, Mosta Horseshoe Bar C v Gudja POs Bar A, Senglea Manchester Conquest A v Ħamrun Education Bar, Floriana Ajax MCP C v Sta. Venera Red Square, Żejtun Beland Bullseye A v Żejtun Beland Bullseye B, Mosta Horseshoe Bar A v Siġġiewi St. Nicholas BC, Buġibba Sun City Ladies v Buġibba Sun City A

Malta Premier League of Darts

Ebda sorpriża fl-ewwel ġurnata tal-Malta Premier League of Darts hekk kif ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Norbert Attard, il-finalist Albert Scerri u s-semifinalisti John Agius u Godfrey Abela rebħu il-konfront tagħhom. Rebħa oħra waslet mid-debuttant Andy Keen fuq il-plejer Kirsten Aquilina. Il-Malta Premier League of Darts jista’ jiġi segwit dirett fuq l-istazzjon uffiċjali ta’ YouTube tal-Malta Darts Association.

Premier League – 1 Ġurnata

Norbert Attard v John Ciantar 4-0, George Ebejer v John Agius 1-4, Andy Keen v Kirsten Aquilina 4-2, Godfrey Abela v Mario Aquilina 4-3, Albert Scerri v Chris Cohen 4-2

Premier League – 2 Ġurnata

Mario Aquilina v George Ebejer, Kirsten Aquilina v Norbert Attard, John Ciantar v John Agius, Chris Cohen v Andy Keen, Albert Scerri v Godfrey Abela

Tags