Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jassigura li l-użu tal-kannabis jibqa’ għal skop mediċinali…l-operat għandu jsir kollu mill-Gvern

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech insista mal-Gvern li jagħti d-dettalji dwar l-attività kummerċjali inidikata fil-liġi dwar l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali waqt li jassigura li l-użu tal-kannabis jibqa’ għal skop mediċinali biss.

Fil-parlament Claudio Grech tkellem dwar is-setturi li ħolqu gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat li kkunsidraw l-aspett tar-riżorsi umani kif ukol l-apsett ekonomiku. Dawn kienu setturi li taw suċċessi iżda issa l-pajjiż jinsab f’salib it-toroq biex jiżviluppa setturi ġodda. Malta dejjem kellha min se jipprova jikkompeti magħha biex jibdew jittieħdu ċertu setturi.

Hu qal li fl-aħħar snin ma nħolqux setturi ekonomiċi u industrijali ġodda biex id-dipendenza ta’ tibqax fuq numru żgħir ta’ setturi li joħolqu dipendi oħra għal diversi setturi fosthom il-propjetà ul-bejgħ.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-liġi diskussa taħseb għall-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali. Hawn numru ta’ pajjiżi li qed idaħħlu din it-tp ta’ legalizzazzjoni iżda l-ebda pajjiż ma lleġiżla li t-tipjip tal-kannabis ikun rikonoxxut għal skopijiet mediċi. Il-kultivazzjoni u l-produzzjoni bdiet tidħol fl-aħħar snin f’diversi pajjiż fejn fl-Ewropa din issir fl-Olanda u fl-Italja.

Fl-Olanda hemm operatur wieħed li jipprovdi l-kannabis li jipprovdi lill-Istat waqt li fl-Italja l-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali hi kompletament operata mill-militar Taljan, li jieħdu ħsieb ukoll id-distribuzzjoni.

Claudio Grech qal li din l-liġi b’riflessjoni ċara li din qed issir għax jidher li l-gvern diġà għandu lil min se jkun qed jagħti liċenzja. Il-Gvern għandu jispjega d-dettalji ta’ min se jingħata l-liċenzja. Il-paragun ma jistax isir mal-industrija farmaċewtika għaliex hemm diversi restrizzjonijiet li għandhom ikunu imposti fuq il-kannabis.

Mill-aspett ekonomiku l-gvern għandu jippreżenta l-impatt ekonomiku tal-proposti tiegħu kemm mill-att ekonomiku tal-pajjiż dan jagħmel sens. Hu staqsa jekk din hix it-tip ta’ industrija li l-pajjiż qed ifittex u kompla li din tista’ tkun industrija kontroversjali.

Il-liġi ma tirriflettix dak li qal il-ministru dwar il-kultivazzjoni minkejja li l-ministru qal li mhux se jkun hemm kultivazzjoni, li tista’ tkun permessa taħt din li-liġi għaliex il-liċenzja għall-kultivazzjoni tista’ tinħareġ mill-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-involviment tal-awtoritajiet tas-saħħa u qal li l-liġi tagħmel riferenza għall-Awtorità dwar il-Mediċina iżda f’kull pajjiż fejn hemm sistema ta’ operat marbut mal-kannabis hemm l-involviment dirett tad-Dipartiment tas-Saħħa, li għandu jkollu rwol ċentrali. Fl-Olanda, l-funzjoni sħiħa tal-kannabis medika hi amministrata totalment minn uffiċċju speċifiku fil-Ministeru tas-Saħħa.

Il-liġi għandha tipprovdi għal parametri iktar restrittivi dwar is-sigurtà fiżika tal-postijiet rispettivi. L-operat ma jistax ikun trattat bl-istess mod bħla żoni oħra immexxija mill-Malta Industrial Parks. Għandu jkun hemm kontrolli, fejn fil-liċenjzar għandu jkun l-involviment tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech kellem dwar l-importanza tar-riċerka, li għandhom valur miżjud anki fir-reputazzjoni. Dwar l-attività kummerċjali fil-kannabis, Claudio Grech appella lill-gvern biex jassigura li din il-liġi mhix issir biex xi operatur jibda jipproduċi l-kannabis anki għal skopijiet iktar mifruxa.

Dan minħabba li l-liġi titkellem fuq attività kummerċjali, li tista’ tfisser ħafna affarijiet. Għall-Oppożizzjoni dan l-aspett jagħmel differenza kbira. Il-Gvern għandu jagħti wkoll id-dettalji kollha dwar min hu l-operatur li hu interessat li jopera f’dan is-settur tal-kannabis mediċinali.

Il-Gvern għandu jagħmel l-attività kollha hu, kif isir f’pajjiżi barranin biex il-pazjent ikun qed iħallas l-iktar prezz affordabbli. Il-pajjiż m’għandux jippermetti li l-perċezzjoni tal-bżonn tipsiċċa ddaħħal ħafna iktar nies fi spejjeż kbar u sostanzjali biex jiksbuha.