Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jiltaqa’ mal-President Emeritus Eddie Fenech Adami

Għal ġenerazzjoni tiegħi u dawk ta’ kull eta’, kelma waħda biss għandna għal Eddie Fenech Adami – Grazzi.

Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi tmiem żjara lill-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Laqgħa li kienet deskritta minn Adrian Delia bħala waħda emozjonanti ma’ ġgant tal-politika Maltija

Adrian Delia żar lil Eddie Fenech Adami fir-residenza tiegħu f’Birkirkara fejn preżenti kien hemm ukoll il-familja tiegħu fosthom ibnu, id-Deputat Beppe Fenech Adami.

F’kumment ma’ NET News, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Eddie Fenech Adami kien ifisser it-tama u ispirazzjoni.

Ma naqsux ukoll memorji personali għal Adrian Delia, ukoll Karkariż, fosthom l-ewwel darba li ltaqa’ ma’ Eddie Fenech Adami 40 sena ilu.