Internazzjonali

Il-Papa Emeritu Benedittu jgħid li wasal lejn l-aħħar

Fi stqarrija pubblika rari, il-Papa Emeritu Benedittu XVI qal li saħħtu marret lura ħafna u t-tmiem ta’ ħajtu kien qrib. Din il-ħaġa, qal il-Papa, ma kintix tbeżżgħu.
Benedittu, li għandu 90 sena, kien sar l-ewwel Papa f’dawn l-aħħar 600 sena li rriżenja mill-kariga – fi Frar tal-2013. Hu qal dan f’ittra li l-Papa kiteb lill-ġurnal Taljan Corriere della Sera bi tweġiba għall-ħafna mistoqsijiet li għamlu l-qarrejja dwar kif jinsab.
Il-link mal-ittra tal-Papa Emeritu
Huwa kiteb din l-ittra hekk kif qed joqrob il-ħames anni-versarju mir-riżenja storika. Minn mindu rriżenja, huwa qed igħix f’eks-monasteru li hemm fil-Vatikan. Minn dak iż-żmien, il-Papa Ratzinger ftit li xejn deher fil-pubbliku.