Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia iltaqa’ mal-Kunsill tal-Konsli Onorarji akkreditati lil Malta.
Il-Konsli Onorarji huma Maltin li jkunu maħtura minn Gvernijiet barranin biex jirrappreżentaw lill-pajjiżi rispettivi f’Malta.
F’introduzzjoni qasira, Adrian Delia qal li laqgħat bħal dawn huma importanti għaliex permezz tal-Konsli Onorarji, pajjiżi oħra jkunu jafu x’jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista u l-aspirazzjonijiet u l-miri li għandu għal Malta.
Min-naħa tiegħu, id-Dekan tal-Kunsill tal-Konsli Onorarji Godwin Bencini qal li laqa’ din l-okkażjoni sabiex issir l-ewwel laqgħa uffiċjali bejn iż-żewġ naħat minn meta Adrian Delia assuma l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.
Preżenti għall-laqgħa kien hemm ukoll il-Kelliem għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u l-Kelliem għall-Affarijiet Ewropej u Brexit David Stellini.
//= $special ?>