Lokali

Malta mhix kapaċi tieħu ħsieb l-aktar vulnerabbli – PHROM

Sptar Monte Karmeli - Ritratt mill-arkivji

Il-Pjattaforma tal-Organizazzjonijiet għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Malta (PHROM) tinsab maħsuda għall-aħbar tal-mewt ta’ żagħżugħ wara li ħarab minn sptar li kien fih għall-kura.

Il-PHROM qalet li l-aħbar tal-mewt hi aktar ta’ qsim il-qalb minħabba li kienet ir-riżultat ta’ nuqqasjiet fl-istituzzjoni involuta, f’dan il-każ l-isptar Monte Karmeli.

Dawn l-organizazzjonijiet 32 b’kollox qalu li fi żmien meta Malta qed tiftaħar bi tkabbir ekonomiku mhix kapaċi tieħu ħsieb dawk l-aktar vulnerabbli. Il-PHROM saħqet li taqbel mal-Alleanza għas-Saħħa Mentali b’mod partikolari taqbel mas-sejħa għal strateġija ġdida fejn tidħol is-saħħa mentali li tipprioritizza l-kura fil-komunità u servizz li jgħin fi kriżi.

Appellaw ukoll lill-awtoritajiet biex jiżguraw li ssir inkjesta indipendenti dwar din it-traġedja u ċ-ċirkustanzi li wasslu għaliha.