Il-European Centre for Disease Control (ECDC), wissa li qed toqrob lejn l-Ewropa n-nemusa Aedes ægypti, magħrufa aħjar bħala n-nemusa li ġġorr il-marda taz-Zika u li kkawżat allarm fl-Amerika Latina wara li fil-Brażil kien hemm splużjoni ta’ każijiet ta’ twelid ta’ trabi b’irjus żgħar. Għalhekk l-ECDC wissiet lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex jibdew jilqgħu minn issa għall-wasla ta’ din in-nemusa.
Agħafas hawn għad-dokument bit-twissija tal-ECDC
L-ECDC diġà sabet gruppi ta’ din in-nemusa fil-Gżejjer Canary, speċjalment f’xi zoni tal-gżira ta’ Fuerteventura, li hi popolari mat-turisti. Din in-nemusa, li tul l-2017 instabet ukoll f’Madeira, il-Portugall, oriġinarjament hi mill-Afrika u ilha preżenti imma mhux infettiva mill-2007f iz-zona tal-Baħar l-Iswed, fil-kosta tat-Turkija u fl-Eġittu. Minn dawn iz-zoni, skont l-esperti, in-nemusa taz-Zika tista’ tasal sat-truf tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea fil-mediterran bħal Spanja, l-Italja u l-Greċja fejn isibu klima favorevoli biex iferxu l-virus.
//= $special ?>

