Futbol Sport

Se titlef il-kumplament tal-istaġun ma’ Anderlecht

Il-plejer internazzjonali Maltija tweġġa' l-qasba ta' sieqha

Il-plejer internazzjonali Rachel Cuschieri se titlef il-kumplament tal-istaġun wara li lbieraħ weġġgħet fit-taħriġ ma’ Anderlecht. Hi weġġgħet il-qasba ta’ sieqha u se tkun barra għall-kumplament tal-istaġun.

Fuq Facebook, Cuschieri kitbet illi dan hu mument ta’ dwejjaq għall-familja tagħha u l-plejers sħabha.

Hi rringrazzjat lil kulħadd tal-appoġġ li qed tirċievi f’dan il-mument delikat.

“Se nirritorna f’saħħti aktar minn qatt qabel”, qalet Cuschieri fuq Facebook.