Frisk mis-suċċess tiegħu fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest, il-kantant żgħażugħ AIDAN għadu kif niehda l-viżwal tal-kanzunetta ‘Dai Laga’. Din il-kanzunetta li ġiet ikklassifikata fir-raba’ post, titratta l-ħolma ta’ żgħażugħ li jgħix kif jixtieq hu, lilhinn min-norma u t-tradizzjoni ta’ dak li wieħed suppost jagħmel. AIDAN innifsu ħa ħsieb il-lirika u l-kompożizzjoni ta’ din l-istess kanzunetta.
Il-verżjoni viżwali ta’ DAI LAGA ġie maħdum b’direzzjoni artistika u muntaġġ ta’ Gary Buġeja, b’Maka Visuals ħadu ħsieb l-animazzjoni u l-filmati ta’ Luke Borg f’isem Fadeinmedia.
Wieħed jista’ jinnota kif il-verżjoni viżwali ta’ DAI LAGA, hija l-istess bħad-dehra u l-preżentazzjoni li AIDAN preżenta fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Mill-grafika, kulur, animazzjoni u anke l-istil u d-dehra ta’ AIDAN li kien responsabli għaliha l-istilista’ Malcolm Gauci. F’dan il-viżwali tieħu sehem il-mudella Roxanne Mifsud.
Permezz ta’ dan il-viżwali, il-kantant żgħażugħ AIDAN jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsiebu fl-ewwel esperjenza tiegħu tal-Malta Eurovision Song Contest, u fuq kollox li dawk kollha li tawh l-appoġġ u emmnu fil-kanzunetta tiegħu DAI LAGA, huwa jemmen li il-viżwal ta’ DAI LAGA huwa rigal lil ammiraturi tiegħu li japrezzaw xogħlu u t-talenti tiegħu.
Tista’ ssegwi l-viżwal ta’ DAI LAGA billi tidħol fil-paġna uffiċjali ta’ AIDAN fuq facebook hawn: https://www.facebook.com/ itsAidanOfficial/