Lokali

Art fix-Xewkija tingħata b’direct order…pampalun se jsir miljunarju minn fuq garaxxijiet

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ran Callus qal li l-Gvern Laburista ta art fiż-żona industirjlai tax-Xewkija b’direct order lil pampalun Laburista biex dan jibni garaxxijiet u jinnegozjhom minflok kien il-gvern stess li ħareġ l-offerti għalihom.

Fl-Aġġornament Ryan Callus tkellem dwar l-art fix-Xewkija li ngħatat lil kumpanija tal-kostruzzjoni b’direct order għal 99 sema kirja mill-Malta Industrial Parks biex jinbnew graxxijiet għall-industirji żgħar u medji.

L-Oppożizzjoni taqbel li jkun pprovdut spazju għal dan is-settur iżda hi oxxena li art li tiswa €80,000 kirja fis-sena tingħata lil pampalun tal-gvern flok toħroġ; sejħa biex dawn jgħadduha huma lil terzi bla sejħa.

Hu stmat li l-attività kumemrċjali li se jagħmlu dawn il-persuni tammonta għal madwar €10 miljuni. Il-persuna li ħa l-art ikkonferma li din l-art qatt ma ħarġet b’offerta. Din hi spekulazzjoni ta’ art pubblika biex xi ħadd magħżul mill-gvern isir sinjur mil-lejl għal nhar. Din hi mezz kif dan isir miljunarju minn fuq 75 garaxx.

Id-deputat Nazzjonalista qal li din taqa’ taħt il-Ministru Chris Cardona li għandu jerfa’ r-responsabbiltà. Dan hu gvern kapitalista u mhux soċjalista li qed iwettaq politika tal-passat. Il-MIP kellha toħroġ l-offerti biex il-garaxx jinbnew u kellha tkun l-istess MIP li tqassam dawn il-garaxx.

Ryan Callus qal li fil-15 ta’ Jannar 2018 hu tkellem dwar id-droga u kif il-liġi ma tagħtix il-fakulta lill-ġudikanti biex persuni li jkunu trasformaw mid-droga jingħataw sentenzi li jagħmlu l-ġid fis-soċjetà. Hu reġa’ tkrllem dwar il-każ ta’ William Agius, li kien sentenzjat fuq reat ta’ 14-il sena sena.

Illum William Agius hu bniedem riformat wara programmi tal-Caritas u anki bena negozju tiegħu. Hu qal li tliet ġimgħat wara li tkellem fil-parlament, kien evdienti li s-sistema mhix qed tagħti rimedji xierqa.

Jirriżulta li anki t-talba ta’ William Agius biex jattendi kors fuq coaching u fitness kienet rifjutata minħabba li ma kinx ilu sitt xhur il-ħabs. Hu qal li ma jaqbilx ma’ din il-pożizzjoni tal-Bord li rrifjuta t-talba ta’ Agius.

Il-ġustizzja hi puntitiva u vendikattiva u mhix tgħin biex il-persuni joħorġu riformati fil-ħabs.

Ryan Callus qal li s-sentenza kellha tkun waħda li fiha jkun aċettat li William Agius imur fl-iskejjel iwassal messaġġ pożittiv favur il-ħajja. Il-maturità taż-żgħażagħ tiddependi mis-sistema edukattiva tagħna. William Agius seta’ jagħti ħafna iktar lis-soċjetà milli ssakkar ġo ċella.