Bouncer ta’ 48 sena ma nstabx ħati li ta daqqa ta’ ponn tfajla bil-konsegwenza li kkaġunalha grieħi gravi f’ħalqa waqt ġlieda li allegatament seħħet f’San Ġiljan
Dan wara li Stephen Catania ġie akkużat li darab gravi lil Ruth Laus fil-lejl ta’ bejn is-7 u 8 ta’ Settembru, madanakollu l-ebda xhieda nvoluti ma setgħu jgħidu b’ċertezza li raw lill-akkużat jerfa’ jdejh fuq il-vittma.
Ruth Laus irrakkontant li il-bouncers ġew sabiex jiġbduha ‘l barra mingħajr ma kienet taf għaliex, u f’ħin minnhom dabbret daqqa ta’ ponn, madanakollu ma kinetx ċerta m’għand min qaletha . Kien l-ex sieħeb tagħha, Paul Borg, l-ex sieħeb tal-vittma li mar magħha l-għassa u qal lill-Pulizija li kien ra lil Catania jagħtiha d-daqqa.
Għaldaqstant il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, illiberat lil Stephen Catania minħabba nuqqas ta’ provi.
//= $special ?>


