Bħalissa hawn ħafna nuqqas ta’ demm ta’ kull tip.
Għaldaqstant is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex min hu f’saħħtu jagħti d-demm.
Dan possibbliment għandu jsir malajr kemm jista jkun fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm. L-aħjar immedjatament u jekk mhux possibli wieħed jista’ jmur anke fi tmiem din il-ġimgħa.
Iċ-Ċentru tat-trasfużjoni tad-demm avża biex min se jagħti d-demm iġib miegħu l-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan.
//= $special ?>

