Bini storiku f’Tas-Sliema ingħata l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġi mibdul f’boutique Hotel. Il-binja magħrufa bħala ‘The Cloisters’ fi Triq l-Imrabat ser jiżdiedlu sular ieħor fuq il-bini eżistenti filwaqt li flok il-ġnien ser jinbnew seba’ sulari.
Il-lukanda ser ikollha 29 kamra filwaqt li warajha ser ikun hemm blokka ta’ 27 appartament.
Times of Malta rrapurtat li kemm iċ-chairman tal-MEPA Vince Cassar, kif ukoll iċ-chairman tal-ERA Victor Axiak flimkien ma’ rappreżentant ta’ NGO Annick Bonello, ilkoll ivvotaw kontra dan il-proġett minħabba tħassib dwar x’jista’ jġib miegħu dan l-iżvilupp.
Dan kollu wara oppożizzjoni insistenti minn naħa tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema u gruppi ta’ konservazzjoni fejn iddeskrivew dan il-proġett bħala qerda.
Filwaqt li s-Soprintendenza tal-Wirt Kulturali ma sabet l-ebda oġġezzjoni għal dan il-proġett – is-Sliema Heritage Society saħqet li dan ser iqajjem preċedent li jista’ jkun ta’ periklu għal proprjetajiet simili madwar tas-Sliema. Dan filwaqt li Din l-Art Ħelwa saħqet għall-importanza tal-preservazzjoni ta’ siti simili.
//= $special ?>

