Mużika

FILMAT: Lyndsay Pace tniedi l-vidjo mużikali tal-kanzunetta “Butterfly”

Il-kantanta Lyndsay nediet il-vidjo mużikali uffiċjali (produzzjoni u direzzjoni ta’ Jasmar Cassar) tal-aħħar kanzunetta tagħha fuq stil pop/rock bl-isem ta’ Butterfly (produzzjoni u lirika ta’ Kenny D’Ugo, Boris Cezek u Dean Muscat) f’kollaborazzjoni ma’ Beehive Productions.

Lyndsay qed tiffoka biex taħdem fuq kanzunetti ġodda għall-futur u qiegħda wkoll taħdem bhala għalliema tal-kant fil-preżent fejn tgħin lill-istudenti biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jkollom diversi opportunitajiet.