Id-Deputat Edwin Vassallo qal li l-proġett ta’ dik li qed tissejjaħ Università fiż-Żonqor ikompli jixhed kemm dan il-Gvern tilef ir-riga tas-sewwa għax qed iqabbel fejn jaqbillu.
Huwa qal li b’dan il-proġett Joseph Muscat qed juri li ma għandu l-ebda rispett lejn l-ambjent, lejn ir-raba’ maħdum u lejn art li kienet immirata li tkun parti minn park nazzjonali.
Edwin Vassallo fakkar li minkejja li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni li għaddiet, il-ħmieġ jibqa’ ħmieġ u dan il-proġett ikompli jiżdied mal-lista ta’ proġetti mnedija minn Gvern Laburista li għandhom xamma tinten ta’ irregolaritajiet.
//= $special ?>

