Lokali Parlament

Il-Gvern jibqa’ jiddefendi lill-ispekulaturi li jridu jeqirdu art verġni fiż-Żonqor

– Clyde Puli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li, għal raġunijiet tiegħu, il-Gvern Laburista qed jibqa’ jiddefendi lill-ispekulaturi Ġordaniżi li qed jeqirdu art verġni fiż-Żonqor u fallew milli jwettqu proġett ta’ univeristà.

Fil-parlament Clyde Puli qal li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni għandha l-iskop li tagħti lura l-art verġni lill-poplu wara li l-gvern ta din l-art lil konsorzju li ma jifhmix fl-edukazzjoni. Hu sostna li din l-art ingħatat fl-interess tal-ispekulaturi barranin u mhux fl-interess tal-istudenti.

Dan il-kuntratt m’għandu xejn serju, sostna Clyde Puli, li kompla li l-Prim Ministru stess ammetta li l-ftehim sar f’ħames minuti u li dan sar bl-għaġġla. L-univeristà ta’ Sadeen hi prova ta’ kemm il-Gvern għaġġel biex issa l-Prim Ministru jidher sodisfatt li hemm biss 30 student flok 15!

Clyde Puli qal li l-gvern qarraq bl-għalliema u kompla li r-rettur tal-Univeristà ta’ Sadeen stess qal li huma mhux jilħqu l-miri li għamlu huma stess. Iżda l-Gvern Labueista jibqa’ jiddefendi lill-iskpekulaturi barranin li qed jeqirdu art verġni fiż-Żonqor. Kien ir-rettur tal-Univeristà ta’ Sadeen stess li qal li qed ikeċċi lill-għalliema mill-ftit li diġà impjegaw. Dan hu proġett infantili u qarrieq fl-aspettvii iżda mhux proġett fl-infanzja.

Id-deputat Nazzjonalista qal li mhux minnu li biex ġiet l-AUM kien hemm proċess rigoruż għaliex l-università ta’ Sadeen qatt ma mexxiet entità edukattiva. L-università ta’ Sadeen hi grupp ta’ bennejja u spekulaturi u m’hemm l-ebda università barranija wara dan il-proġett. Il-Gvern ma ta l-ebda art verġni lil xi entità edukattiva li diġà topera fil-pajjiż.

Clyde Puli kompla li l-gvern qed jeqred il-ftit art ambjentali li fadal fil-pajjiż. L-univeristà ta’ Sadeen qed tgħaddi lill-pajjiż biż-żmien għaliex din mhix Amerikana iżda Ġordaniża. Din hi kwistjoni ta’ standards; l-istandards tal-PN huma dawk Ewropej. Il-Gvern irid jeqred l-awtonomija tal-Univeristà ta’ Malta. L-MUT llum tħossha traduta minn dan il-gvern għall-mod kif inganna lill-għalliema.

Clyde Puli semma’ l-MCAST u qal li kien il-Gvern Nazzjonalista li reġa’ fetaħ l-MCAST wara li Gvern Laburista kien għalqu. Kien Gvern Nazzjonalista li ġab miljuni ta’ ewros għall-MCAST waqt li l-kwalifiċi mill-MCAST huma rikonoxxuti mill-Ewropa kollha.