Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr jesprimi l-inkwiet tiegħu dwar żvilupp ta’ binja antika f’qalb ir-raħal

Il-Kunsill Lokali  tal-Imġarr esprima l-inkwiet tiegħu dwar approvazzjoni ta’ żvilupp ta’ waħda mill-eqdem binjiet tar-raħal hekk kif ser tinbidel f’5 maisonettes, 5 penthouses u 18-il appartament.

Fi stqarrija l-kunsill saħaq li t-tħassib tiegħu huwa l-għadd ta’ impatti li din il-blokka jista’ jkollha fuq l-Imġarr vis-a-vis it-traffiku, u t-telf kulturali tar-raħal.  Hemm possibilità wkoll li biswit il-binja hemm xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija. Huma saħqu li tal-fehma li s-soċjetà għandha obbligu li tipproteġi u tippreserva siti ta’ storja kulturali bħal dawn għal ġenerazzjonijiet futuri.