L-MEPs talbu valutazzjoni dettaljata tas-sistema attwali u, reviżjoni tar-regoli, f’riżoluzzjoni adottata l-Ħamis.
Inizjattivi taċ-ċittadini wrew li l-pubbliku huwa mħasseb dwar il-bidla fil-ħin bejn is-Sajf u x-Xitwa. L-MEPs saħqu li bosta studji indikaw li l-bidla fil-ħin twassal għal effetti negattivi fuq is-saħħa. Huma talbu lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni dettaljata tad-direttiva dwar il-ħin tas-sajf u, jekk meħtieġ, biex tippreżenta proposta għar-reviżjoni tagħha.
L-MEPs insistew li huwa kruċjali li, ankè wara t-tmiem tal-bidla fil-ħin, tinżamm sistema tal-ħin uniku fl-UE kollha, biex b’hekk ma jkunx hemm arranġamenti differenti dwar il-bidliet fil-ħin f’kull pajjiż.
Id-direttiva eżistenti dwar il-ħin tas-sajf, li daħlet fis-seħħ fl-2001, tipprevedi data u ħin komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perijodu tal-ħin tas-sajf fl-UE kollha, bil-għan li s-suq intern jiffunzjona sew.
//= $special ?>

