Lokali

Malti Awstraljan separat minn familtu hekk kif se jiġi deportat lura Malta

Malti ta’ 61 sena li ilu jgħix fl-Awstralja madwar sittin sena mistenni jiġi deportat lejn Malta wara li l-visa ma ġitlux mġedda minħabba li kien instab ħati bi traffikar ta’ droga.

Dan hekk kif John Falzon, li ilu jgħix fl-Awstralja sa minn mindu kellu 3 snin kien skonta sentenza ta’ 8 snin priġunerija madanakollu l-Qorti tal-Appell irrifjutat li terġa’ ġġeddidlu l-visa u għaldaqstant ser ikun qed jiġi separat minn qrabatu.

Il-familja tiegħu saħqet li John ma jaf lil ħadd f’Malta u ddeskriviet d-deportazzjoni bħala att meskin u kiefer.

Huwa mistenni jħalli fl-Awstralja l-4 uliedu, 10 neputijiet u 6 aħwa.