Internazzjonali

Schulz se jispiċċa minn Kap tal-SPD

Il-Kap tal-Partit Soċjal Demokratiku (SPD) tal-Ġermanja, Martin Schulz, ħabbar li se jwarrab minn din il-kariga u li beħsiebu jservi bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-Gvern ta’ koalizzjoni li jmiss li se tmexxi l-Kanċiller Angela Merkel flimkien mal-Partit Demokristjan tagħha, is-CDU.
Ftit wara li kkonkluda ftehim diffiċli għal koalizzjoni mas-CDU ta’ Merkel, Schulz qal lill-ġurnalisti li hu iddeċieda dwar id-deskasteru ministerjali li jmiss filwaqt li qed jappoġġja lil Andrea Nahles, li qed tmexxi lill-grupp tal-SPD fil-Parlament, biex tkun is-suċċessur tiegħu bħala Kap tal-partit.
Martin Schulz kien ilu ftit aktar minn sena kap tal-SPD u jekk taċċetta, Nahles, li għandha 47 sena, issir l-ewwel mara li qatt mexxiet lill-aktar partit politiku antik fil-Ġermanja.

Caption –

Martin Schulz