Minkejja l-kritika ħarxa kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll minn naħa tal-għaqdiet ambjentali, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikkjara fil-Parlament li l-Gvern se jibqa’ għaddej ’il quddiem biex l-art fiż-Żonqor tingħata lil Sadeen.
Muscat sejjaħ bħala “bsaten fir-roti” l-kritika li qed issir għall-proġett u ftaħar li n-numru ta’ studenti issa mhuwiex ta’ ħmistax iżda tela’ għal tletin. Sejjaħ bħala “razzjali” l-kritika li qed issir għax qal li l-kritika qed issir għax l-investitur huwa Ġordaniż. Fakkar li dan l-investitur diġà investa 2 miljun ewro f’Dock 1 f’Bormla.
Joseph Muscat qal li l-Gvern mhux lest li jindaħal lill-Universita ta’ Sadeen u saħaq li bl-istess mod ma ndaħalx lill-Universita ta’ Malta meta din impjegat lill-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħala lecturer.
Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-amministraturi tal-Università għaddew minn proċess rigoruż biex jintgħażlu l-programmi edukattivi u l-lecturers li se jkunu qed jgħallmu fl-Università.
//= $special ?>

