Lokali Parlament

Suppost jitlestew ħames kulleġġi sa Marzu….iżda hemm biss klassi tal-privat

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-falliment tal-proġett tal-università ta’ Sadeen jirriżulta mill-fatt li minflok l-1,000 student li suppost hemm diġà, hemm biss klassi tal-privat; dan meta sa Marzu suppost li jkun hemm ħames kulleġġi edukattivi.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-ebda Prim Ministru fl-Ewropa ma jasal li jiltaqa’ ma’ barrani bla kontabbiltà u jiftiehem li tingħata biċċa art kbira għall-ispekulazzjoni bħal ma għamel Joseph Muscat. Dan hu kuntratt li vru sar b’differenza iżda sar ħażin. Dan hu kuntratt li jinten minn rasu u sar b’intenzjoni ċara ta’ spekulazzjoni. Dan il-kuntratt sar b’ingann fejn il-Prim Ministru gideb meta jqabbel l-art ma’ Smartcity anki għaliex l-art fiż-Żonqor hi naturali waqt li l-art fil-Kalkara kienet industrijali u abbadunata li ma riedha ħadd.

Il-gvern Nazzjonalista ta lil T-Com Investments l-art tal-Kalkara bl-obbligu ta’ titjib u l-gvern ħa €21 miljun f’ishma mill-ewwel ġurnata fi Smartcity u beda jdaħħal 9% ta’ kull dħul li jkun hemm fiha.

Il-kuntratt taż-Żonqor jippermetti wkoll li jkun hemm Tigne Point ieħor u li jagħti d-dritt uniku lil Sadeen għall-irmiġġi ta’ jottijiet. F’Ottubru 2017 intqal li l-informazzjoni kollha fuq l-istudenti se tkun pubblikata iżda ma kien pubblikat xejn. Ingann ieħor hu meta l-Prim Ministru qal li dan se jkun investiment ta’ €100 miljun b’4,000 student iżda llum l-proġett hu spekulazzjoni pura. X’inhu jżomm lill-Prim Ministru milli jkeċċi lil Al Salah għax ma onorax il-kundizzjonijiet.

Jason Azzopardi qal li hu ngann li jingħad li din hi università Amerikana u sostna li dan hu ftehim korrott. Fil-fatt il-konsorzju ta’ Sadeen ma setax japplika għal università u għalhekk il-gvern baxxa l-istandards. Mhux minnu li fil-Baċir 1 intefqu €20 miljun. Suppost li fl-univierstà ta’ Sadeen diġà hemm 1,000 student iżda llum hemm biss ħaqq klassi tal-privat.

Il-gvern kellu rapport f’idu li fih jingħad li l-indikazzjonijiet tal-gvern li Sadeen mhux se jżommu l-obbligi tal-kuntratt. Il-Kummissjoni Nazzjonali lanqas kienet kapaċi tagħmel due diligence ta’ għalliem frodist aħseb u ara analiżi u skrutinju tal-proġett. Sa Marzu li ġej suppost ikun hemm ħames kulleġġi lesti. Il-gvern qed jemmen il-gideb tiegħu stess.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-prezz tal-prodotti tal-mediċina żdied bi tliet darbiet minn meta l-VITALS appuntat lil Techoline ta’ Ivan Vassallo, li għandu kuntatti fl-Uffiċċju tal-Pim Ministru u tawh l-esklussività li s-suppliers l-oħra jgħaddu mingħandu.