Asterojdu mdaqqas u li kien indikat biss ftit tal-jiem ilu, illum se jgħaddi qrib ħafna tad-dinja. Id-direzzjoni ta’ din il-massa ta’ blat spazjali, bl-isem 2018 CB, qabdet ‘rotta’meqjusa bħala sa 20 fil-mija biss tad-distanza li teżisti bejn id-dinja u l-qamar.
In-NASA qalet li l-asterjodi jitqiesu bħala ‘perikolużi’ f’każ li huma jgħaddu minn distanza ta’ 7,403,00 kilometru ’il bogħod mid-dinja. Dan meta kien ikkalkulat li l-asterojdu 2018 CB se jgħaddi sa 64,000 kilometru ‘biss’ il bogħod mid-dinja.
Id-daqs tiegħu hu wiesgħa bejn il-15 u l-40 metru.
Fl-istess ħin, in-NASA kienet aċċertat lin-nies li l-asterojdu 2018 CB ma kienx qed jhedded tassew ‘li jaħbat mad-dinja’.
Asterojdu kbir illum se jgħaddi qrib id-dinja


