Għada, f’Malta se jkun hawn għall-wiri t-trofew tat-Tazza tad-Dinja.
It-Tazza tad-Dinja se tinġieb f’Malta bħala parti mill-‘FIFA World Cup Trophy Tour by Cola Cola’ u se tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed torganizza l-Fondazzjoni Valletta 2018 fl-okkażjoni li l-Belt Valletta se tkun il-Belt kapitali Ewropea tal-Kultura. Din se tkun okkażjoni li żgur kull dilettant tal-futbol m’għandux jitlef.
It-trofew se jkun f’Malta għada biss u ser isir avveniment esklussiv fis-Suq tal-Belt, il-Belt Valletta. Matul din il-gurnata ser ikun hemm preżenti ukoll l-eksplejer internazzjonali ta’ Franza Christian Karembeu, li llum-il ġurnata hu Ambaxxatur tal-FIFA.
Għall-ħabta tal-12pm it-trofew, li se jkun fuq ajruplan, jasal f’Malta u umbagħad ikun għall-wiri fis-suq tal-Belt.
//= $special ?>