Illum saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-23 edizzjoni tal-Olimpjadi tax-xitwa fi Pyeongchang fil-Korea ta’ Isfel.
Malta qed tkun rappeżentata minn Elise Pellegrin wara l-ewwel esperjenza Olimpika tagħha f’Sochi fl-2014. Hi ser tkun fl-azzjoni fil-Yongpyong Alpine Centre fi Pyeongchang nhar it-Tnejn 12 ta’ Frar fil-giant slalom u l-Erbgha 14 ta’ Frar fis- Slalom.
Mal-wasla tal-kontingent Malti sar iċ-ċerimonjal tat-tlugħ tal-bandiera Maltija fil-Villaġġ Olimpiku fejn attendew il-President tal-Kumitat Olimpiku Malta Julian Pace Bonello u s-Segretarju Ġenerali Joe Cassar.
Lucienne Attard bħala chef de Mission għal Malta ħadet sehem fil-protokol tradizzjonali li kien jinkludi il-bdil ta’ kredenzjali mas-Sindku tal-Villaġġ Olimpiku.
Il-preparazzjoni teknika ta’ Elise Pellegrin hija f’idejn il-kowċ Marvin Hocquaux li kien wkoll fil-kwalifikazzjoni tagħha mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Iskiing FIS fil-kompetizzjonijiet ta’ kwalifikazzjoni fl-Argentina, Italja, Franza u l-Istati Uniti.
Din ser tkun edizzjoni storika tal-Olimpjadi għax finalment ser naraw liż-żewġ naħat jimmarċjaw flimkien taħt bnadar waħda hekk kif il-marċ past ikun il-kull min hu taċ-ċerimonja.
Nota ta’ interess hija il-169 atleta Russu li ser jieħdu sehem bħala atleti newtrali wara li r-Russja hija sospiża fuq każijiet ta’ doping sistematiku.
Fis-17-il jum ta’ kompetizzjoni iktar minn 3000 atleta ser jieħdu sehem għal 102 medalji fi 15-il sport.
//= $special ?>