Christabelle Borg, ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest, dalgħodu għamlet żjara ta’ kortesija lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista feraħ lil Christabelle u lit-tim tagħha għas-suċċess miksub fil-festival tas-Sibt li għadda.
Christabelle fissret li l-kanzunetta rebbieħa Taboo inkitbet biex titqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali. Hi qalet li hu messaġġ personali ta’ kuraġġ li jħeġġeġ lil kull min għandu bżonn, biex ifittex l-għajnuna.
Naturalment, l-impenja għal Christabelle se jkomplu dejjem jiżdiedu hekk kif joqrob il-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju f’Lisbona fil-Portugall. Hi se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fit-tieni semifinali li se ssir fl-10 ta’ Mejju.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Media.Link Communications Pierre Portelli u l-Acting CEO tal-PBS Charles Dalli.
//= $special ?>
