Lokali

Mara l-isptar wara inċident b’karozza tal-linja fi Triq Reġjonali

Mara kellha tittieħed l-isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali qrib l-iskatepark tal-Imsida.

Il-Pulizija kienu nfurmati għall-ħabta tas-7.30 ta’ filgħodu li kien seħħ inċident bejn karozza tal-linja u żewġ karozzi, li kienu qed jinstaqu wara xulxin meta għal xi raġuni ħabtu ma’ xulxin.

Il-mara li ttieħdet l-isptar kienet qed issuq il-karozza tan-nofs, tat-tip Toyota Auris. Hi għandha 27 sena u toqgħod Ħaż-Żabbar. Il-karozza ta’ quddiemha, tat-tip Ford Ka, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 22 sena minn Birkirkara. Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena minn Ħal Qormi.

Għal xi ħin inġema’ traffiku kbir minħabba dan l-inċident.