Għal darb’oħra, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qed jerġa’ jappella għal demm O’Positive, li reġa’ qed ibati minn riserva baxxa u li hemm bżonn terġa’ titla’ minnufih.
Dan jista’ jwassal għal dewmien fl-operazzjonijiet u fi kwalunkwe trattament mediku fejn il-pazjent ikollu bżonn id-demm.
Min-naħa l-oħra, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qed jappella lil dawk li fl-aħħar jiem kienu ma jifilħux biex minflok, iħeġġu qraba u ħbieb tagħhom biex jagħtu d-demm.
Appell ukoll lil dawk li għandhom xi qraba jew ħbieb li fil-jiem li ġejjin, se jiġu bżonn trasfużjonijiet tad-demm.
Fuq kollox, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qed jappella għal sewqan bil-galbu, fost l-oħrajn, biex ikunu evitati inċidenti li jkomplu jagħmlu s-sitwazzjoni aktar diffiċli.
Min jixtieq u jista’ jagħti d-demm, hu mħeġġeġ iżur iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fil-Pjazza ta’ quddiem l-Isptar San Luqa kuljum bejn it-8am u s-6pm, inkluż fi tmiem il-ġimgħa u fil-Festi.
Hu importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti.
//= $special ?>