L-Industrija marittima qiegħda tevolvi l-ħin kollu u għalhekk dan jitlob skrutinju kontinwu hekk kif l-industrija tgħaddi minn sfidi ġodda.
L-Isfidi bħall-piraterija moderna, loġistika, awtomazzjoni, emissjonijiet ta’ gassijiet serra, finanzjament, sigurta’ ċibernetika u l-effetti tal-Brexit huma fost it-temi tas-Summit Marittimu li se jsir f’Malta bejn l-1 u l-5 ta’ Ottubru.
Malta hi waħda mill-protagonisti fil-qasam marittimu u kull sena tkompli żżid mas-suċċess tagħha tant li isimha sar ħaġa waħda mal-industrija marittima Ewropea u fid-dinja.
F’dawn il-ġranet, Malta se tkun qed tilqa diversi kelliema distinti, fosthom operaturi marittimi ewlenin kif ukoll organizzazzjonijiet regolatorji.
//= $special ?>

