Bħalissa f’Malta u pajjizi oħra fis-sajf ndawru s-siegħa ‘l quddiem … b’dan ikun iffisser aktar dawl tax-xemx matul il-ġurnata … issa l-Parlament Ewropew approva reviżjoni tas-sistema fejn il-pajjiżi jaqilbu għall-ħin tas-sajf.
B’hekk il-parlament talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel reviżjoni tas-sistema preżenti u biex jekk hemm bżonn titfassal sistema ġdida. Dawk favur is-sistema preżenti jghidu li bis-sistema preżenti wieħed jiffranka l-enerġija. Imma dawk kontra jsostnu li din tikkawża problemi tas-saħħa fit-tul. Net News mar il-Belt Valletta biex jitkellem mal-pubbliku dwar kif jaħsibha.
L-iniżjattiva bdiet mill-Finlandja li trid is-sistema preżenti fejn pajjiż jaqleb għall-ħin tas-Sajf abolita. Fil-Finaldja fis-Sajf wieħed jista’ jgħid li x-xemx ma tinżel qatt.
//= $special ?>
