Lokali

Wirja bħala parti minn ftehim ta’ ġemellaġġ mal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard għandu ftehim ta’ ġemellaġġ mal-villaġġ ta’ Elancourt fi Franza. Dan il-villaġġ hu madwar siegħa ‘l bogħod mill-Kapitali Franċiża, Pariġi. B’dan il-ftehim bejn iż-żewġ naħat huma jaqsmu l-aspetti ta’ edukazzjoni, kultura u sport.

Kien f’Ottubru tas-sena l-oħra li delegazzjoni minn Elancourt ġiet Malta biex tiffirma l-ftehim u kienu nake involvew lill-Ambaxxatriċi Franċiża għal Malta Madame Beatrice le Fraper du Hellen.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kultura il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard għandu lil Paul Haber bħala wieħed mill-istakeholders f’dan il-ġemelaġġ. Bl-ambaxxatriċi Franċiża għal Malta xtaqet tesperjenza x’tip ta’ kultura wieħed jifhem fil-ftehim bejn Ħ’Attard u Elancourt.

Għal dan il-għan hi żaret l-Alka Ceramics f’Ta’ Qali fejn hemm biċċiet tal-arti taċ-ċeramica kollha fuq xogħol tal-artist Paul Haber.

Remigio Bartolo, ċ-Chairperson tal-ftehim tal-ġemellaġġ bejn Ħ’Attard u Elancourt qal li qed jagħmlu minn kollox biex itellgħu din il-wirja ta’ Paul Haber fl-ambaxxata Maltija f’Pariġi u anke f’Elancourt.

Preżenti għal din il-wirja kien hemm anke is-Sindku ta’ Ħ’Attard Stefan Cordina.